Monday, December 23, 2024

L-MDA tikkundanna lil min jitfa’ dell ikrah fuq l-industija

Aqra wkoll

Il-Malta Developers Association (MDA) tikkundanna bla riżerva l-allegat tfiegħ tal-ħaddiem fuq il-bankina fi triq fil-Mellieħa wara li waqa’ għoli ta’ żewg sulari fuq sit tal-kostruzzjoni.

L-MDA għamlet dan immedjatament u irrispettivament minn min kienet il-persuna li għamlet dan l-att depolorabbli. L-MDA qalet li  llum tista’ tikkonferma illi l-kuntrattur tas-sit li fuqu kien jaħdem il-ħaddiem involut fl-inċident,  la hu u lanqas qatt ma kien membru tal-assoċjazzjoni tagħha (l-MDA).  Jirriżulta wkoll illi meta kien sar eżerċizzju sabiex jiġu elenkati l-kuntratturi li joperaw f’Malta lanqas kien irreġistra bħala kuntrattur.

L-MDA dejjem saħqet illi s-saħħa u s-sigurta tal-impjegati fuq is-sit ta’ kostruzzjoni huma ta’ mportanza massima tenut kont il-periklu li jġib miegħu in-natura tax-xogħol tagħhom.

Ekonomija

Sport