L-MAM tilqa’ l-kummenti tal-Professur Charmaine Gauci u se tistenna għar-reazzjoni tal-Gvern qabel ma tikkonferma l-azzjonijiet ta’ nhar it-Tnejn
L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, fi stqarrija, laqgħet l-aħbar li l-avvenimenti tal-massa li kienu se jsiru matul l-istaġun tas-sajf ġew ikkanċellati minħabba l-imxija tal-COVID-19. Hija ddeskriviet din il-manuvra bħala “sense komun.” Fid-dawl ta’ dan, l-MEA qalet li issa tistenna lill-MAM biex tirtira l-azzjonijiet industrijali li għandha lesti għal nhar it-Tnejn. Dawn l-azzjonijiet industrijali se jkunu qed iwaqqfu xi servizzi fl-isptar Mater Dei u f’numru ta’ bereġ oħrajn.
Intant, il-MAM b’reazzjoni għall-kummenti tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professure Charmaine Gauci, qalet li l-Gvern għandu jimxi fuq dan il-kliem u jaġixxi. F’messaġġ li xerrdet il-Profs. Gauci hi qalet li ma taqbilx ma’ avvenimenti tal-massa li jistgħu ikunu ta’ deterrent għax-xogħol siwi li sar biex Malta kkontrollat il-pandemija tal-COVID-19. Il-MAM qalet li hi se tkun qed tistenna r-reazzjoni tal-Profs. Gauci qabel ma’ tikkonferma l-azzjonijiet industrijali tagħha.