Friday, November 15, 2024

“L-MEPs għandhom jappoġġjaw il-proposta għal taxxa internazzjonali fuq l-ultra-sinjuri”

L-organizzazzjoni Xellugija Żminijietna

Aqra wkoll

L-organizzazzjoni Xellugija Żminijietna qalet li 130MEPs prinċipalment mill-grupp tal-ħodor u tax-xellug fil-Parlament Ewropew qed jitolbu għal taxxa progressiva fuq l-ultra sinjuri.

“L-MEPs qed jitolbu lill-OECD, lill-Ġnus Magħquda u lill-Unjoni Ewropea biex jibdew jaħdmu fuq din il-proposta”, stqarret Żminijietna.

L-organizzazzjoni żiedet tgħid li l-proposta hija simili għal dik dwar il-kumpaniji multinazzjonali, biex tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni lejn ‘dinja bla karbonju’ u li f’dan il-każ, id-dħul se jintuża mill-istati biex inaqqsu l-inugwaljanzi ekonomiċi, jinvestu fi proġetti ħodor u programmi soċjali.

Żminijetna temmet tgħid li d-dejn tal-Gvern Ċentrali esperjenza żieda ta’ €886.4 miljun meta mqabbel mal-2022. Dan id-dħul iġġenerat minn din it-taxxa jista’ jintuża fil-futur biex ipatti għad-dejn nazzjonali.

Ekonomija

Sport