Il-Malta Football Association se tniedi uffiċjalment il-branding il-ġdid tagħha.
Dan il-proċess huwa parti mill-ewwel strateġija tal-football Malti ‘We can perform better’ li tnediet ftit aktar minn sena ilu u tkopri s-snin 2020-24.
Il-proċess, li ħa numru ta’ xhur, sar flimkien mal-kumpanija Frame, li hi bbażata fi Glasgow l- Iskozja, u li segwiet dan il-perkors mal-Assoċjazzjoni.
L-għażla saret id f’id mal-UEFA, permezz tal- programm tagħha GROW, li jagħti sostenn lill-Assoċjazzjonijiet bħal ta’ Malta b’għarfien espert u konsulenza esterna.
L-Assoċjazzjoni se tkun qegħda tippożizzjona l- brand korporattiva b’mod separat minn dik tat-timijiet nazzjonali.
L-immaġni li qiegħda tipproġetta hija maħsuba biex filwaqt li tirrispetta l-istorja u t-tradizzjoni tal-akbar assoċjazzjoni tal-isport f’pajjiżna, li tmur lura 120 sena, tkun waħda aktar moderna u li tirrifletti aħjar il-karatteristiċi tal-Assoċjazzjoni tal-lum.
Iż-żewġ logos għandhom fil-qalba tagħhom is-Salib ta’ Malta, simbolu magħruf mad-dinja kollha u assoċjat ma’ pajjiżna.
Fuq jidher il-logo tal-MFA li se jinbidel għal wieħed ġdid.