Sunday, March 30, 2025

L-MFA se tqabbad Spettur tad-Dixxiplina biex jinvestia l-inċidenti deplorabbli fil-logħba bejn Zabbar SP u Mosta

Aqra wkoll

Il-Malta Football Association tinforma li se tkun qed tqabbad Spettur tad-Dixxiplina biex jinvestiga l-inċidenti deplorabbli li seħħew fl-ahhar tal-partita bejn Zabbar St Patrick u Mosta mill-Kampjonat 360 Sports Malta Premier.

Il-Malta Football Association mhu se tħalli lil ħadd jgħarraq l-immaġni tal-futbol lokali u l-pjaċir tal-partitarji ġenwini li jikkomportaw rwieħhom tajjeb. L-Assoċjazzjoni se tkun ukoll qed tanalizza l-organizzazzzjoni u l-pjan ta’ sigurtá tal-organizzaturi tal-partita in kwistjoni sabiex tiżgura li kollox kien konformi mar-regolamenti tas-saħħa u sigurtá.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport