Monday, November 3, 2025

L-MFA ssaħħaħ l-operazzjonijiet tal-logħbiet bl-implimentazzjoni ta’ servizz ta’ ambulanzi reġjonali

Aqra wkoll

Il-Malta Football Association ħabbret li ntlaħaq pass importanti  lejn l-operazzjonijiet tal-logħbiet bl-implimentazzjoni ta’ servizz ta’ ambulanzi reġjonali.

Is-servizz beda nhar is-Sibt 1 ta’ Novembru u jikkonsisti fi tliet ambulanzi mgħammra kompletament u  mqassma strateġikament madwar Malta biex jiżguraw kopertura sħiħa tal-postijiet kollha u biex jipprovdu assistenza immedjata kull meta tinqala’ emerġenza medika waqt il-logħbiet organizzati mill-MFA u l-assoċjazzjonijiet membri tagħha.

It-tliet ambulanzi qed jiġu skjerati f’postijiet magħżula, waħda fit-tramuntana, waħda fil-punent/ċentru, u waħda fin-nofsinhar ta’ Malta. 

Il-ftehim mal-fornitur tas-servizz tagħha – Global Medical, jistipula li kull ambulanza reġjonali se jkollha numru mobbli dirett biex tippermetti ħinijiet ta’ rispons aktar mgħaġġla. Barra minn hekk, protokolli u linji gwida se jitqassmu lill-partijiet interessati kollha, inkluż l-istaff, clubs, assoċjazzjonijiet membri, managers tal-ground, u paramediċi biex jiżguraw konsistenza u tħejjija.

L-MFA tibqa’ impenjata li ttejjeb kontinwament is-servizzi ta’ rispons mediku ta’ emerġenza tagħha f’kollaborazzjoni mal-partijiet interessati kollha, u tilqa’ kwalunkwe suġġeriment jew rakkomandazzjoni li jistgħu jtejbu aktar il-benesseri tal-players, l-uffiċjali, u l-ispetta­turi.

Hawn taħt hija lista ta’ 30 lokal li se jkunu koperti kuljum bin-numru ta’ emerġenza rispettiv ta’ kull ambulanza reġjonali:

Reġjun tat-Tramuntana – 79774401

Luxol Stadium

Melita Ground

Mellieħa Ground

Mġarr Ground

Skola Nazzjonali tal-Isport

Pembroke Ground

Sirens Stadium

Reġjun Punent/Ċentrali – 79774402

Centenary Stadium

Charles Abela Stadium

Ħad-Dingli Ground

Stadium Nazzjonali

Malta FA Training Grounds

Oratorju Qalb ta’ Ġesù, Mosta

Ħal Qormi Ground

Rabat Ground

Siġġiewi Ground

Victor Tedesco Stadium

Ħaż-Żebbuġ Ground

Reġjun Nofsinhar – 79774403

Birżebbuġa Ground

Corradino C Ground

Fgura Ground

Għaxaq Ground

Ħal Kirkop Ground

Luqa Ground

Marsaskala Ground

Marsaxlokk Ground

Ground Santa Luċija

Tony Bezzina Stadium

Ħaż-Żabbar Ground

Zurrieq Ground

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport