Il-Malta Foobtall Association (MFA) bdiet proċess li jinvolvi lill-clubs u lilll-assoċjazzjonijiet membri kollha tagħha sabiex tivvaluta l-firxa tal-ħsarat li nġarrbu b’riżultat tal-maltemp li laqat il-Gżejjer Maltin matul l-aħħar jiem.
Il-proċess qed jitmexxa mill-viċi-president, Matthew Paris, u għandu l-għan kemm li jevalwa l-ħsarat kif ukoll li jidentifika t-triq xierqa ’l quddiem fir-rigward tat-tiswijiet meħtieġa, sabiex jiġi żgurat ir-restawr tal-infrastruttura tal-football madwar Malta u Għawdex għall-kundizzjoni oriġinali tagħha.
Il-membri tal-MFA għandhom sa għada, il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2026, biex jissottomettu r-rapport tagħhom.

