Friday, November 15, 2024

L-MFA twieġeb rapporti fuq l-istat tal-Istadium Nazzjonali

Aqra wkoll

B’referenza għal rapporti fil-media, il-Malta FA tavża li l-kundizzjoni tal-pitch tal- Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali ma tinsabx fl-aħjar kundizzjoni minħabba diversi fatturi. L-Assoċjazzjoni ħasset li, sabiex ma ssirx spekulazzjoni żejda fuq dan is- suġġett speċifiku, għandha tispjega lill-pubbliku l-proċess kollu wżat mill- kumpanija barranija li tmexxi l-greenkeeping fil-kumpless sportiv f’Ta’ Qali.

Il-proċess ta’ manutenzjoni adottat fl-aħħar snin sa minn meta l-pitch tal- Istadium Nazzjonali saritlu instalazzjoni ta’ pitch ibridu (sistema li tgħaqqad il- ħaxix naturali ma’ fibri sintetiċi) inbidel. Illum iż-żerriegħa ma tkunx miżrugħa fis-sajf (Bermudagrass) bejn staġun tal-football u ieħor. Fl-aħħar ġimgħat u abbażi ta’ rapport minn espert agronomu fil-qasam, il-Malta FA segwiet id-direzzjoni mgħotija u bix-xogħol ta’ manutenzjoni propost il-pitch għandu jkun fil- kundizzjoni normali sa ftit ġimgħat oħra qabel imbagħad tinżergħa ż-żerriegħa tax-xitwa (ryegrass) meta taqleb il-klima.

Il-fattur tal-bdil fil-klima (sħana qawwija li toħnoq l-arja fil-livell ta’ għeruq u kif ukoll umdita qawwija fl-aħħar ġimgħat) ħallew ir-riperkussjonijiet bħal dawk li qed nesperjenzaw fil-bidu ta’ dan l-istaġun. Wara li jmut il-ħaxix tax-xitwa, dak tas-sajf idum ħafna aktar min-normal biex jinbet u jinfirex speċjalment fiż-żoni fejn ikun hemm l-akbar ammont ta’ traffiku fuq il-pitch u allura fejn issir l-akbar kompattazzjoni minħabba l-użu. Għalhekk, li jkollok żoni mingħajr bermudagrass mhix kwistjoni ta’ pitch mhux tajjeb għall-użu, tant li l-parametri kollha li jikkonċernaw il-kwalità tal-pitch jiġifieri fl-ebusija u t-trazzjoni, huma kollha skont il-livelli rikjesti.

Fatturi oħra ġodda li din is-sena kienu żgur ta’ sfida akbar għall-pitch kienu dawk relatati mal-kalendarju internazzjonali. Bl-aħħar logħba mill-UEFA Nations League ssir kważi f’nofs ix-xahar ta’ Ġunju u bil-pitch jerġa’ jintuża f’inqas minn xahrejn għal-logħba minn Round 3 tal-UEFA Conference League fl-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu.  Dan il-perjodu qasir  ta’ żmien, flimkien mal-kumplikazzjonijiet

imsemmija qabel, ma ħallewx żmien biżżejjed biex il-ħaxix tas-sajf jilħaq jinfirex b’mod ugwali f’kull żona tal-pitch. Għall-futur, dan il-fattur irid ikun studjat aħjar sabiex tinstab soluzzjoni biex il-pitch jingħata ż-żmien meħtieġ.

Iżda minkejja dan kollu l-impatt fuq is-sigurtà tal-players mhux qed tkun kompromessa għaliex l-istess pitch, ġaladarba huwa ibridu, għandu fibri sintetiċi b’saħħithom li jzommuh kompatt u msaħħaħ fil-parti bejn l-infill ramlija u l- ħamrija ta’ taħt. Fil-fatt l-istat tal-pitch mhux daneġġjat b’xi ħsara u għalkemm estetikament ma jidhirx sabiħ, xorta waħda joffri wiċċ li jista’ jintlagħab il-logħob fuqu.

Fl-aħħar ġimgħat u anke wara konsultazzjoni mal-UEFA, il-pitch ingħata protezzjoni varja biex il-ħaxix ikollu ċ-ċans jirkupra b’mod naturali. Fil-fatt kienu ntlagħabu żewġ logħbiet minn Round 3 tal-UEFA Europa Conference League fis- Centenary Stadium minflok fl-Istadium Nazzjonali. Filwaqt li t-taħriġ tal-ġurnata ta’ qabel il-logħba tal-bieraħ mill-Play-Off Round tal-UEFA Europa Conference League tmexxa għat-Training Grounds bħala parti mill-pjan ta’ protezzjoni maqbul mal-UEFA u ż-żewġ klabbs rispettivi. Fi tmiem il-ġimgħa wkoll tressqet logħba mill-Kampjonat BOV Premier mill-Istadium Nazzjonali għas-Centenary Stadium biex il-pitch ikun salvagwardjat minn 90 minuta oħra ta’ futbol.

Il-Malta FA tfakkar li l-Istadium Nazzjonali huwa l-uniku stadium fil-pajjiż b’ċertifikat ta’ Kategorija 4 u allura l-uniku li jista’ jieħu fih logħbiet internazzjonali minn ċertu livell ta’ kompetizzjonijiet tal-FIFA u l-UEFA. Għalhekk meta tqis il-konġestjoni fil-kalendarji domestiċi u internazzjonali tal-football, il- wiċċ tal-Istadium Nazzjonali jieħu fuqu ħafna aktar logħbiet minn dak li jieħdu pitches oħra fi stadiums oħra. Dan jiġri wkoll minħabba n-nuqqas ta’ faċilitajiet sportivi eżistenti fil-pajjiż. Bi frekwenza ta’ 100 logħba kull staġun tal-football, l- Istadium Nazzjonali jagħmlu wieħed mill-aktar stadiums użati fl-Ewropa. Huwa għalhekk normali li f’xi perjodi matul is-sena u minħabba ċirkostanzi li lanqas l- esperti ma jkollhom kontroll fuqhom, ma jkunx fl-aħjar kundizzjoni għal perjodi qosra ta’ żmien.

L-Assoċjazzjoni twiegħed li se tkompli taħdem biex il-livell normali u mixtieq tal-

wiċċ tal-Istadium Nazzjonali jintlaħaq fl-iqsar żmien possibbli.

Ekonomija

Sport