Tuesday, December 24, 2024

L-MFSA twissi dwar kumpaniji VFA mhux liċenzjati

Aqra wkoll

Referenza qed issir għall-Perjodu Tranżitorju skont it-termini tal-Artikolu 62 tal-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali (“VFA” jew “l-Att”), li intemm fil-31 ta’ Ottubru 2019 u li permezz tiegħu l-entitajiet setgħu jipprovdu servizzi VFA. Wara li skada l-perjodu ta’ transizzjoni, l-entitajiet li kienu joperaw taħt id-dispożizzjonijiet transitorji kellhom dawn l-għażliet:

  1. Jekk riedu jkomplu jipprovdu servizzi VFA, kienu meħtieġa li jissottomettu ittra ta’ intenzjoni lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA” jew “l-Awtorità”)  biex iniedi l-proċess ta’ applikazzjoni għal Liċenzja ta’ Servizzi VFA; jew

(ii)     Jekk ma riedux ikomplu jipprovdu servizzi VFA, kienu mitluba jibgħatu notifika lill-MFSA għall-waqfien tal-attivitajiet skont it-Taqsima 3 taċ-Ċirkolari lill-Fornituri ta’ Servizzi VFA (Circular to  Virtual Financial Asset Service Providers).

Wara li skada l-perjodu ta’ transizzjoni, l-MFSA ġiet mgħarrfa b’numru ta’ entitajiet li approfittaw minn dawn id-dispożizzjonijiet transitorji u li għaldaqstant kienu qed jipprovdu servizzi VFA, iżda naqsu milli jissottomettu l-ittra ta’ intenzjoni biex jibdew il-proċess ta’ applikazzjoni għal Liċenzja ta’ Servizzi VFA jew notifika dwar il-waqfien tal-attivitajiet.

L-Awtorità tixtieq tinforma lill-pubbliku f’Malta u barra mill-pajjiż, li l-entitajiet elenkati hawn taħt M’HUMIEX liċenzjati u LANQAS HUMA awtorizzati mill-MFSA biex jipprovdu xi servizzi VFA jew kwalunkwe servizz finanzjarju ieħor, u lanqas ma bdew il-proċess ta’ applikazzjoni biex jiksbu liċenzja tas-Servizzi VFA:

AH
A Bit More LimitedHPX Limited
BHybrid Trade Limited
Babylon Services LimitedHyperwallet Limited
Basetrade LimitedJ
Bayleaf LimitedJikji Capital Limited
Billions X Trading LimitedK
BitRoyal LimitedKrypital Group (Malta) Limited
Bitstraq Exchange LimitedKyon Limited
Botwallet LimitedL
BKX Exchange LimitedLaser Capital Limited
BKX Vault LimitedM
Blockchain Exchange LimitedMandala Exchange Limited
BTSE LimitedManticore Ventures Limited
CMuse Service Limited
Cbanx LimitedO
Chain Partners (Malta) Co. Ltd.Odin Capital Limited
Coin Temple Trading LimitedOK.NET Limited
Consensus Technology Malta LimitedOneZero Binary Limited
Crypto2Finance LtdOTC Desk Limited
DP
DAX Malta LtdPalladium Exchange
DES CT Exchange LimitedS
Digital Terminal LimitedSP Outsourcing Sp. Z o. o.
DQR-OTC LimitedS-Project
DQR-X LimitedSRG Crypto Exchange Limited
ET
Etelaranta (Malta) LimitedThex Trade Company Ltd
Eunex M Ltd.TimeX Limited
Exscudo OUTrendntrade TNT Limited
FTsalgood Limited
Foresight Technology LimitedV
GVBX Limited
GL4 Financial Technologies LimitedVenture Miles (Malta) Limited
Globiance Exchange LimitedW
Graviex LimitedWeX Blockchain Limited
GSOC LimitedWon Limited
 Z
 Zipmex Global Pte. Ltd.

L-MFSA għalhekk tixtieq tfakkar lill-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel ma jkunu ċerti li l-entità li magħha qed issir it-transazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba.

Ir-regolamenti finanzjarji jobbligaw entitajiet liċenzjati biex jikkonformaw ma’ rekwiżiti legali stretti fl-interess tal-investituri u l-integrità tas-suq. L-attivitajiet ta’ entitajiet mhux liċenzjati mhumiex regolati, u għalhekk kwalunkwe transazzjoni ma’ dawn l-entitajiet hija riskjuża għall-investituri.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

Ekonomija

Sport