Monday, December 23, 2024

L-MGA tiffirma MoU mal-FIAU

Aqra wkoll

L-Awtorità Maltija tal-Logħob (MGA) iffirmat memorandum of understanding mal-FIAU, peress li hemm relazzjoni twila bejniethom. Permezz ta’ dan il-ftehim, għandu jitjieb it-tqassim ta’ informazzjoni u l-koperazzjoni bejn it-tnejn fl-oqsma kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu taħt il-liġi preżenti ta’ Malta.

L-entitajiet spjegaw li minħabba n-natura tar-rwoli tagħhom, huma jkollhom kuntatt regolari u ssir superviżjoni bejn it-tnejn fuq l-entitajiet liċenzjati mill-MGA. Spjegaw li dan il-ftehim se jkompli jsaħħaħ il-kollaborazzjoni, biex is-settur tal-gaming f’Malta jkun liberu mill-kriminalità, jevita l-ħasil ta’ flus u jiġġieled il-finanzjament tat-terroriżmu.

Ekonomija

Sport