Tuesday, February 10, 2026

L-MPE Alex Agius Saliba jappella għall-għajnuna finanzjarja fuq livell Ewropew wara l-maltempata Harry

Aqra wkoll

“Malta m’għandha xejn inqas minn stati membri oħra fejn tidħol l-għajnuna illi għandha bżonn tingħata wara l-maltempata Harry.”

Hekk sostna l-MPE Alex Agius Saliba waqt diskors fil-plenarja fil-Parlament Ewropew aktar kmieni llum filwaqt li staqsa kif qatt nistgħu nitkellmu fuq solidarjeta’ Ewropea meta l-mekkaniżmu tal-European Solidarity Fund jagħmilha impossibli biex stati membri żgħar bħal Malta jiġu mgħejjuna finanzjarjament.

“Kif qatt nistgħu naċċettaw il-fatt li Sqallija, gżira li affaċjat l-istess devastazzjoni kkawżata mill-istess maltempata, tingħata l-fondi u Malta għaliex ma tista’ qatt tiġi kkunsidrata bħala reġjun titħalla lampa stampa mingħajr l-ebda tip ta’ għajnuna?” kompla l-MPE Agius Saliba.

Agius Saliba emfasizza li din hija diskriminazzjoni li jeħtieġ tiġi kkunsidrata mill-aktar fis possibli għaliex il-Maltin u l-Għawdxin ċittadini Ewropej daqs kull Taljan, Spanjol jew Portugiż.

Il-Gvern Malti mill-ewwel iddikjara li se jkun qiegħed jgħin permezz ta’ fond nazzjonali pero’ jekk l-Unjoni Ewropea verament temmen li kull stat membru għandu jiġi trattat bl-istess mod, għandha tassigura li l-għajnuna tingħata bl-istess mod ukoll.

Ikun aktar għaqli li minflok armamenti u gwerer, l-Unjoni Ewropea tinvesti aktar fin-nies b’għajnuniet tant bżonjużi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport