F’isem il-pubblikazzjoni rinomata tal-aġenzija Burson bit-tema EU Influence
Index 2025, l-Ewroparlamentari u l-Viċi President tas-Soċjalisti u Demokratiċi, Alex Agius Saliba ġie kklasifikat bħala r-4 l-aktar MPE influwenti mill-Parlament Ewropew, l-aktar MPE Malti influwenti u l-ewwel fost il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi.
Il-kriterji magħżula mill-aġenzija Burson li fuqhom ibbażat dan l-istudju jinkludu:
• L-influwenza Parlamentari fil-mod kif il-MPE jinfluwenza fl-aġenda politika, fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
• L-istil tat-tmexxija tal-Ewroparlamentari, il-mod kif jikkordina fil-Grupp rispettiv u l-uffiċċju Parlamentari.
• L-involviment, il-parteċipazzjoni u l-portafolli responsabbli minnhom il-MPE.
• It-tfassil leġiżlattiv u l-mod kif jiġi attwat fil-pajjiżi Ewropej.
• L-esperjenza politika bbażata fuq ir-rappreżentanza fil-Parlament Ewropew.
Għaldaqstant, din il-klassifikazzjoni analizzat ix-xogħol imwettaq mill-Membri
Parlamentari Ewropej fid-dettall filwaqt li rrikonoxxietkisbiet tagħhom fis-sena 2025. L-istudju tal-aġenzija Burson huwa bbażat ukoll fil-mod kif identifikat l-aktar MEPs li wettqu xogħol importanti u li wrew dedikazzjoni f’xogħolhom.
L-MPE Alex Agius Saliba sostna “kif dan ir-riżultat ikompli jimlih b’enerġija u determinazzjoni biex ikompli jaħdem u jtejjeb il-kwalita’ ta’ ħajja u l-kundizzjonijiet tax-xogħol taċ-ċittadini Ewropej, speċjalment tal-Maltin u l-Għawdxin.”