Hekk kif dalgħodu fil-midja internazzjonali bdiet iddur l-aħbar li s-Surmat Sergey Smbatyan li hu Principal Conductor mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta, u missieru ġew arrestati b’akkużi ta’ frodi, l-istess MPO ħabret li kienet isospendiet lil Smbatyan mill-kariga.
Fi stqarrija l-MPO qalet li Smbatyan kien ingħata l-kariga fl-1 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet kien qiegħed jiġi sospiż b’mod immedjat.
L-MPO qalet li qed issegwi l-każ mill-qrib biex tkun ċerta mill-fatti. Deċiżjoni finali dwar dan il-każ se tkun qiegħed tittieħed hekk kif jinħarġu l-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha.
Smbatyan huwa wkoll id-Direttur Artistiku tal-Orkestra tal-Armenja