Saturday, December 21, 2024

L-MUMN titlob lill-qwiebel biex jieqfu jagħmlu l-contact tracing u jirritornaw lura għax-xogħol tagħhom

Aqra wkoll

Dawk il-qwiebel li ġew trasferiti għal ma’ contact tracing teams reġgħu ġew imsejħa lura mill-unjin tagħhom wara li mijiet ta’ ġenituri ffirmaw petizzjoni fejn qed jitolbu biex klassijiet għall-ġenituri jerġgħu jitkomplew.

Kien il-kap tal-Unjin għall-Infermieri u l-Qwiebel, Paul Pace, li kkonferma dan permezz ta’ kumment fuq il-midja soċjali. Pace qal li mal-500 ġenitur iffirmaw il-petizzjoni jitolbu biex is-servizz jitkompla. Tenna li kien għaldaqstant li l-MUMN qed terġa’ titlob lill-membri tagħha biex jirritornaw lura għar-rwol oriġinarju li kienu jkopru.

Pace qal li l-qwiebel mhux se jibqgħu jifformaw parti minn timijiet ta’ contact tracing.

Id-Dipartiment għas-Saħħa Pubblika qed ifittex li jimpjega aktar nies biex il-proċeduri ta’ contact tracing jibqa’ jiżvolġi b’mod effiċjenti.

Ekonomija

Sport