Saturday, November 16, 2024

L-MUT b’azzjoni industrijali jekk ikomplu x-xogħlijiet biswit skola medja fir-Rabat, Għawdex

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-MUT qed tappella lill-Gvern biex iwaqqaf ix-xogħol ta’ kostruzzjoni li qed isir matul il-ħinijiet tal-iskola biswit skola medja fir-Rabat Għawdex.

L-istqarrija tgħid li din l-iskola fil-fatt spiċċat bejn żewġ proġetti ta’ kostruzzjoni li qed iwasslu għal detriment fis-saħħa ta’ dawk involuti. Dan huwa riżultat tal-istorbju kbir kawża tal-proġett tal-kumpless sportiv.

L-MUT qalet ukoll li makkinarju huwa stazzjonat litteralment pulzieri bogħod u dan qiegħed itellef lill-edukaturi u lill-istudenti waqt il-lezzjonijiet.

Għaldaqstant, l-MUT qalet li jekk it-talba tagħha ma tiġix milqugħa, se tordna azzjoni industrijali min-nhar it-Tnejn li ġej fejn se titlob lill-membri tagħha jirrapportaw għax-xogħol fi skola oħra, maġenb dik tar-Rabat Għawdex.

Ekonomija

Sport