Wednesday, December 4, 2024

L-MUT intalbet sabiex tirtira l-azzjonijiet industrijali speċjalment dawk tal-MCAST

Aqra wkoll

L-istudenti qatt m’għandhom ikunu vittmi ta’ tilwim industrijali. Fis-settur edukattiv kull proċess u negozjati għandhom dejjem iżommu l-ħajja studenteska bħala punt ċentrali li jkun dejjem preżenti waqt kull forma ta’ negozjati, mingħajr l-ebda detriment għad-drittijiet tal-ħaddiema.

Wara tmien (8) ġimgħat ta’ negozjati mmexxijin mis-Segretarju Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u s-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST), bl-assistenza tal-Industrial Relations Unit, l-Union tal-Għalliema (MUT) intalbet tirtira l-azzjonijiet li b’mod speċifiku jaffettwaw il-perkors edukattiv tal-istudenti. Dan għaliex huwa dritt ta’ kull student li jgħix ħajtu serenament waqt li jingħata edukazzjoni ta’ kwalità.

L-Amministrazzjoni kkomunikat ukoll numru ta’ prinċipji u kundizzjonijiet li jiġu applikati f’kull forma ta’ negozjati f’setturi varji u ma’ unions diversi li hija obbligata tissalvagwardja. Wieħed jinnota li numru ta’ ġimgħat ilu l-Gvern poġġa fuq il-mejda tad-diskussjonijiet dokument sħiħ li jinkludi wkoll proposti finanzjarji. Dawn il-proposti finanzjarji jirriflettu żidiet b’saħħithom, liema proposti sal-lum ma kien hemm ebda kontra proposta fuqhom. Għaldaqstant d-diverġenzi f’dan l-istadju mhuwiex l-aspett finanzjarju imma talbiet relatati ma’ tibdil fil-preżenza tal-letturi u ħaddiema oħra fuq il-kampus. Minkejja dan, fuq aspetti oħra li ġew diskussi, ġie reġistrat progress tanġibbli fin-negozjati, fosthom u b’mod partikolari, fejn jidħlu l-letturi.

Il-prinċipji li ispiraw l-amministrazzjoni matul dawn in-negozjati kienu li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, bħalma sar ma’ ħaddiema oħra, biss dan dejjem billi jibqgħu jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-istudenti u l-livell ta’ edukazzjoni li jingħataw. L-Amministrazzjoni għamlet dan b’sens ta’ responsabbiltà lejn is-sostenibbiltà.

Ta’ min jinnota li tul in-negozjati l-parti uffiċjali għamlet diversi talbiet sabiex jiġu rtirati d-direttivi industrijali li ilhom jaffettwaw il-ħajja studenteska. Dawn it-talbiet dejjem ġew miċħuda u sal-lum hemm reżistenza, tant li d-direttivi għadhom fis-seħħ. L-Amministrazzjoni tibqa’ disposta għal aktar negozjati, meta jiġu sospiżi tali direttivi, u terġa’ tistieden lill-MUT sabiex tissospendi minnufih tali direttivi ħalli minnufih jitkomplew in-negozjati.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport