Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana għadha kemm ħabbret il-protokolli aġġornati b’rabta mal-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida. B’reazzjoni għal dan l-MUT qalet li għalkemm tilqa’ dawn il-protokolli, is-sena li għaddiet dawn ħarġu fit-2 ta’ Settembru, ħamest ijiem aktar tard.
L-MUT kompliet li wieħed kien jistenna li la kienet kwistjoni ta’ emendi fuq il-protokoll tas-sena l-oħra, l-affarijiet setgħu tħaffu aktar.
L-istqarrija żżid tgħid li x-xogħol tal-MUT se ikun fuq l-implimentazzjoni, partikolarment dwar kjarifiċi u problemi li jistgħu jinħolqu fuq livell prattiku. L-MUT ser tkun qed tanalizza dal-protokoll u t-tibdil fuq is-sena li għaddiet ħalli permezz tat-taħdidiet mas-setturi kollha, inkluż mal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti, jiġu identifikati u jissolvew issues li l-protokoll ser ikun qiegħed joħloq.
L-unjin tal-Għalliema temmet tgħid li l-edukaturi għandhom bżonn is-serħan tal-moħħ ħalli jkunu jistgħu jippjanaw mill-aktar fis ix-xogħol tagħhom, ġaladarba ma setgħux jagħmlu dan qabel ma jkunu jafu x’ser ikun qiegħed jiġri.