Thursday, October 31, 2024

L-MUT titlob azzjoni dwar informazzjoni falza rigward każijiet pożittivi fl-iskejjel

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Union tal-Għalliema Maltin (MUT) qajmet it-tħassib tagħha mal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, l-Infurzar tal-Liġi u s-Sigurtà Nazzjonali, il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol dwar l-informazzjoni falza li qed tinħareġ dwar każijiet ta’ Covid-19 fl-iskejjel. 

L-MUT iddikjarat li hija konxja li hemm ħafna spekulazzjoni u bħala l-unjin li tirrappreżenta l-maġġoranza tal-membri fit-taqsimiet kollha, hija mħassba ħafna dwar il-ħsara li qed issir lill-edukaturi, l-istudenti u l-familji. Hija qalet li dan mingħajr ma wieħed isemmi l-impatt psikoloġiku fuq l-edukaturi, l-istudenti u l-familji u l-kaos mhux ġustifikat meta l-ġenituri jħallu l-postijiet tax-xogħol rispettivi tagħhom f’paniku biex jiġbru l-istudenti mill-iskejjel wara aħbarijiet bħal dawn.

Minflok spekulazzjoni fuq il-midja soċjali, l-MUT talbet li l-gvern joħloq politika uffiċjali ċara u konsistenti magħrufa minn kulħadd rigward informazzjoni dwar każijiet pożittivi fl-iskejjel. L-MUT tistenna li l-gvern ikollu l-proċeduri ta’ komunikazzjoni tiegħu f’posthom biex jinforma lill-edukaturi affettwati, l-istudenti u l-ġenituri minnufih u biex jiżgura li l-miżuri tas-saħħa rispettivi kollha jittieħdu mill-ewwel.

Sport