L-NCPE jippubblika r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill- Inkjesta Indipendenti dwar is-Servizzi ta’ Saħħa Mentali għat-Tfal 

Aqra wkoll

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal ippubblika r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill- Inkjesta Indipendenti dwar is-Servizzi ta’ Saħħa Mentali għat-Tfal. 

Wara bosta tħassib li tressaq għall-attenzjoni tal-Uffiċċju, il-Kummissarju għat-Tfal, is-Sa Antoinette Vassallo, waqqfet bord magħmul minn tlett esperti indipendenti f’dan il-qasam. L-Inkjesta kellha l-għan li tistabbilixxi jekk il-proċeduri u l-istrutturi eżistenti rigward l-aċċess tat-tfal għas-servizzi ta’ saħħa mentali f’Malta iħarsux id-drittijiet u l-interessi tat-tfal b’mod xieraq.

L-inkjesta semgħet direttament lit-tfal, iż-żgħażagħ, il-familji, il-professjonisti, u l-fornituri ta’ servizzi, u xeħtet dawl kemm fuq is-saħħiet tas-servizzi eżistenti kif ukoll fuq l-isfidi li jistgħu jiġu ffaċċjati fl-aċċess għal appoġġ f’waqtu u xieraq.

Ir-rakkomandazzjonijiet ifasslu rotta għat-titjib tas-servizzi ta’ saħħa mentali għat-tfal, b’fokus qawwi fuq l-intervent bikri, l-aċċess ekwu, ħinijiet ta’ stennija mnaqqsin, u biex ikun żgurat li l- vuċijiet tat-tfal huma fil-qalba ta’ kif is-servizzi jitfasslu u jitwasslu.

Ir-rakkomandazzjonijiet se jitqassmu lill-partijiet ikkonċernati sabiex ikun żgurat li jiġu indirizzati. Kopja tar-rakkomandazzjonijiet tista’ tinkiseb billi wieħed jibgħat email lil [email protected]. Se jittellgħu fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju fil-jiem li ġejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport