Saturday, December 21, 2024

L-NHS fl-Ingilterra b’pillola li tgħin lil min ipejjep sabiex jieqfu

Aqra wkoll

Eluf ta’ persuni li jpejjpu se jingħataw pillola li żżid iċ-ċans li dawn jieqfu milli jpejjpu. Din il-mossa, il-kapijiet tas-Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali fl-Ingilterra (NHS), jemmnu li se ssalva eluf ta’ ħajjiet.

Madwar 85,000 persuna fis-sena fl-Ingilterra se jiġu offruti ċ-ċans li jużaw il-‘varenicline’, pillola ta’ darba kuljum li l-esperti jgħidu li hija effettiva daqs il-vapes biex tgħin lin-nies jaqtgħu l-vizzju tas-sigaretti. Amanda Pritchard, il-Kap Eżekuttiv tal-NHS, faħħret din il-pillola u qalet li din hija potenzjali fil-ġlieda biex tiġi ttrattata t-tipjip u l-ħsara kbira lis-saħħa li tikkawża lil bosta.

Din il-mediċina tgħin lin-nies jieqfu jpejjpu, hekk kif din tnaqqas x-xewqa u l-leblieba għan-nikotina u tiżgura li ma tistax taffettwa l-moħħ. L-NHS fl-Ingilterra se jagħti varenicline bħala parti mill-isforzi tiegħu biex ikompli jbaxxi n-numru ta’ nies li jpejpu. Dan it-tnaqqis fir-rati tat-tipjip matul l-aħħar 20 sena jfisser li 11.6% biss tal-adulti fl-Ingilterra għad għandhom il-vizzju, jiġifieri madwar 6 miljun ruħ.

Ekonomija

Sport