Thursday, January 16, 2025

L-NHS tal-Ingilterra taħt pressjoni kbira b’pazjenti fil-kurituri

Aqra wkoll

Dik li darba kienet l-aqwa skema tas-saħħa fid-dinja, n-National Health Service (NHS) tal-Ingilterra, tinsab taħt pressjoni qawwija u m’hijiex tkampa tant li l-kura ta’ pazjenti morda fil-kurituri tal-isptarijiet saret ħaġa normali, b’xi wħud mill-pazjenti jmutu fuq siġġijiet minħabba li anke li stretchers mhumiex disponibbli.

Patricia Marquis, direttur tar-Royal College of Nursing tal-Ingilterra qalet li l-kura fil-kuritur għandha sseħħ biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna iżda issa saret komuni hekk kif id-dipartimenti tal-emergenza qed ikollhom jitħabtu mal-każi ta’ influwenza u viruses oħra.

Sptar fit-tramuntana ta’ Londra qed jirrekluta infermiera speċifikament biex jaħdmu xiftijiet ta’ 12-il siegħa fil-kurituri tiegħu. Riklam imqiegħed mill-Isptar Whittington f’Archway, appella għal infermiera reġistrati li lesti jaħdmu fuq il-kura fil-kurituri, żvelat il-gazzetta The Sunday Times.

Wes Streeting, is-Segretarju tas-Saħħa rrikonoxxa l-ġimgħa li għaddiet li minkejja l-aqwa sforzi li qed jagħmlu l-istaff, il-pazjenti għadhom qed jirċievu standards inaċċettabbli ta’ kura.

Madwar l-ingilterra, aktar minn 54,000 pazjent kellhom jistennew għal aktar minn 12-il siegħa fuq stretchers biex jingħatw sodda f’sala x-xahar li għadda, it-tielet l-ogħla ċifra rekordjata.

Id-dewmien fl-ambulanzi barra l-isptarijiet kien għoli wkoll hekk kif 20,000 tim stennew għal aktar minn siegħa biex jgħaddu l-pazjenti. Dipartimenti b’kapaċità normali li jaraw sa massimu ta’ għaxar pazjenti qed jilqgħu fihom 20 u xi drabi anki 40 pazjent.

Sfortunatament din is-sitwazzjoni wasslet biex in-nies qed imutu fil-kuritur, jew saħansitra fuq siġġu. In-nies qed jiġu kkurati fuq is-siġġijiet, meta fil-fatt għandhom ikunu f’sodda. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport