Wednesday, December 25, 2024

L-NHS tgħid li sptarijiet Brittaniċi qed jippreparaw għal tieni mewġa ta’ infezzjonijiet

Aqra wkoll

L-NHS qed tipprepara għal tieni mewġa ta’ infezzjonijiet bil-Covid-19 aktar tard din is-sena. Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-NHS Sir Simon Stevens.

F’Marzu li għadda l-NHS kienet uriet it-tħassib tagħha li l-isptarijiet jistgħu jispiċċaw taħt pressjoni tremenda b’madwar żewġ miljun pazjent infettat bil-Covid-19, li 660,000 minnhom jeħtieġu kura intensiva.

Xeni ta’ pazjenti f’kurituri ta’ sptarijiet fit-Tramuntana tal-Italja ħassbu mhux ftit lill-uffiċjali mediċi Brittaniċi. Fil-verità kien ferm inqas pazjenti milli oriġinarjament maħsub kienu jinħtieġu li jiddaħħlu l-isptar, b’madwar 130,000 pazjent jkunu ammessi l-isptar.

Madankollu l-esperti Brittaniċi qed jisħqu li l-pandemija għadha ma għaddietx u huma tal-fehma li ħafna nies oħrajn se jkunu qed jiġu infettati bil-coronavirus fix-xhur li ġejjin.

Attwalment, meta l-pandemija fir-Renju Unit tinsab fl-inqas livell tagħha, hemm mat-3,600 persuna kuljum li qed tiġi infettata kuljum bil-virus.

Diġà jidher li hemm pjani biex dawk kollha li għandhom ’il fuq minn 50 sena jiġu vaċċinati għall-influwenza. Il-vaċċin ma jipproteġix kontra l-coronavirus madankollu jnaqqas ir-riskju li persuna jkollha tirċievi kura fl-isptar għall-influwenza.

Ekonomija

Sport