Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tagħkom lejn l-OCR?
Minn meta kont ta’ etá żgħira, ippruvajt ħafna sports differenti u dejjem wara ftit niddejjaq, peró, mill-ewwel lezzjoni tal-OCR f’Jannar 2024, mill-ewwel indunajt li fl-aħħar kont sibt sport għal qalbi.
X’tikkumemnta fuq is-suċċess li ksibt fl-Iżvezja fil-jiem li għaddew?
Jien ikkompetejt f’żewġ kompetizzjonijiet li kienu l-100m u x-short course li kienet twila tliet kilometri. Xtaqt li mort aħjar imma xorta ferħana bil-ħinijiet u speċjalment li dħalt bit-tliet bands fil-finish line.
X’suċċessi maġġuri oħra ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?
F’Ottubru li għadda ġejt fit-tielet post f’’The Grid’. Fit-tim nazzjonali tal-OCR ġejt fil-ħames post u f’kompetizzjonijiet oħra ksibt ħinijiet tajbin ħafna. F’Ġunju ta dis-sena kkompetejt fil-Kampjonati Ewropej li saru fil-Portugall. Fil- kompetizzjonijiet lokali ukoll akkwistajt ħinijiet tajbin.
X’tikkummenta fuq il-kowċ, Julian Briffa?
Il-kowċ Julian Briffa flimkien mal-kowċis l-oħrajn huma l-aqwa kowċis għaliex joħorġu l-aqwa potenzjal minna. L-inkoraġġiment tagħhom ma jieqaf qatt. Fl-opinjoni tiegġi, huma l-aqwa!.
Kif tqis il-livell tal-OCR f’pajjiżna fil-preżent?
Meta tara r-riżultati li nakkwistaw barra minn xtutna, dan jurik biċ-ċar li l-OCR f’pajjiżna huwa ta’ livell għoli.
U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?
Jiena nattendi ‘The Club’ immexxi minn Julian Briffa fejn nirċievi taħriġ ta’ livell għoli.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-OCR?
Jien nixtieq li nakkwistaw riżultati dejjem aħjar minn tal-passat.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-OCR.
L-OCR huwa sport li fih ħa turi abbiltajiet varji. Naċċertakom li tmorru darba u tibqgħu tmorru għax se tieħdu gost żgur!