Monday, December 9, 2024

“L-ogħla kwalità ta’ ndafa pubblika tfisser kwalità ta’ ħajja aħjar” – is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield qal li l-viżjoni ekonomika ta’ dan il-Gvern ħalliet il-frott mixtieq u ppermettiet illi nħarsu ‘l quddiem biex nagħmlu ‘l qabża fil-kwalità. Qal li lkoll nafu kemm l-indafa pubblika hi importanti fejn tidħol il-kwalità tal-ħajja.

“Irridu kemm jista’ jkun il-lokalitajiet tagħna jkunu nodfa għax dan ifisser ambjent aħjar. Se nkomplu nieħdu ħsieb bl-aqwa mod possibbli l-indafa pubblika f’pajjiżna. L-ogħla kwalità ta’ ndafa pubblika tfisser kwalità ta’ ħajja aħjar,” qal is-Segretarju Parlamentari Bedingfield.

Huwa tenna li se jkomplu jinvestu fid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni billi jibqgħu jaġġornaw u jinvestu f’aktar tagħmir u f’aktar riżorsi umani u kampanji edukattivi, bl-allokazzjoni finanzjarja tad-Diviżjoni s-sena d-dieħla se tkun qiegħda tiżdied bi 32%.

“Għas-sena d-dieħla ż-żieda fil-budget allokat tirrappreżenta opportunità mġedda biex nindirizzaw il-ħtieġa fundamentali tal-indafa pubblika u biex inżommu l-kwalità tal-ħajja li lkoll nixtiequ,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari Bedingfield

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport