Monday, December 23, 2024

L-ogħla prezzijiet tal-ikel sa mis-sena 1990

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li minn stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea ħareġ li ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel qed jikkawża l-akbar tħassib għall-familji Maltin, l-Organizazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) f’rapport li ħarġet fl-aħħar sigħat iddikjarat li l-prezzijiet tal-ikel jinsabu fl-ogħla livell tagħhom sa mis-sena 1990, jiġifieri is-sena mindu l-istess organizazzjoni bdiet issegwi l-indiċi tal-prezzijiet tal-ikel.

Din l-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti, waqt li tipponta subgħajha lejn il-gwerra fl-Ukrajna għal din iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel, iddikjarat li l-aktar prodotti milqutin minn żieda fil-prezzijiet huma iċ-ċereali u laħam.

L-FAO qalet li l-indiċi tal-prezzijiet tal-ikel telgħu b’17.9 punti minn Frar għal Marzu.  Ir-rapport tal-FAO jgħid li l-Federazzjoni Russa u l-Ukrajna jipproduċu 30 u 20 fil-mija rispettivament tal-esportazzjoni tal-qamħ fid-dinja.  Ir-rapport spjega li l-prezz dinji tal-qamħ żdied b’19.7 fil-mija fl-aħħar xahar.

Ir-rapport jenfasizza li hu mistenni li kemm l-Unjoni Ewropea u anki l-Indja se jżidu l-esportazzjoni tal-qamħ, waqt li l-Arġentina, l-Indja u l-Istati Uniti mistennija jżidu l-esportazzjoni tal-qamħirrum u dan biex jagħmlu tajjeb għat-telf ta’ prodotti mill-Ukrajna u r-Russja.

Ir-rapport tal-FAO qal ukol li l-indiċi tal-prezz taz-zokkor żdied b’6.7 fil-mija u dan seħħ minabba żieda fil-prezz taż-żejt mhux maħdum. L-istess rapport juri kif l-indiċi tal-prezzijiet tal-laħam żdiedu b’4.8 fil-mija. L-indiċi tal-prezzijiet ta’ prodotti tal-ħalib żdied b’2.6 fil-mija u meta tqabblu ma’ Marzu tas-sena li għaddiet issib li hu 23.6 fil-mija ogħla. 

Ekonomija

Sport