Sunday, December 29, 2024

L-ogħla Qorti f’Hong Kong tħeġġeġ għal qafas legali alternattiv għal koppji tal-istess sess

Aqra wkoll

L-ogħla Qorti ta’ Hong Kong ħeġġet lill-Gvern sabiex iwaqqaf qafas ġdid biex jirrikonoxxi legalment id-drittijiet tal-koppji tal-istess sess. Din qed tkun meqjusa bħala rebħa parzjali għall-attivisti LGBTQ li ilhom diversi snin jiġġieldu għal dawn id-drittijiet.

Wara snin ta’ battalji legali mressqa minn diversi attivisti omosesswali hekk kif il-Gvern kien qiegħed jirrifjuta ż-żwieġ u l-isħubija f’unjoni ċivili, aktar kmieni t-Tlieta filgħodu, ħames imħallfin fil-Qorti tal-Appell ta’ Hong Kong ħarġu b’din id-deċiżjoni.

L-imħallfin iddeċidew li l-libertà taż-żwieġ kienet garantita taħt il-kostituzzjoni iżda li kienet tirreferi biss għal żwieġ eterosesswali. Minflok talbu lill-Gvern biex joħloq qafas alternattiv għall-koppji tal-istess sess.

Ekonomija

Sport