F’Death Valley National Park, li tinsab f’Kalifornja, ġiet irrekordjata l-ogħla temperatura fuq id-dinja. It-temperatura telgħet għal 54.4 Gradi Celsius.
Dan ir-rekord qiegħed jiġi kkonfermat mis-Servizz Nazzjonali tat-Temp Amerikan.
Jidher li din it-temperatura telgħet waqt mewġa ta’ sħana fil-kosta tal-Punent tal-Istati Unit, fejn it-temperaturi mistennija jogħlew anke aktar matul din il-ġimgħa.
Minħabba dawn il-kundizzjonijiet estremi fit-temp, f’Kalifornja kien hemm jumejn ta’ blackout wara li impjant tal-enerġija kellu l-ħsarat is-Sibt li għadda.
Qabel din it-temperatura, l-ogħla waħda kien ġiet irrekordjata wkoll fl-istess post fl-2013.