Sunday, November 10, 2024

L-OHSA qed tinvestiga mewta oħra fuq post tax-xogħol

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) intqal li l-investigazzjonijiet tagħha b’rabta mal-inċident li fih ħaddiem tilef ħajtu aktar kmieni dalgħodu bdew minnufih.

L-OHSA żiedet tgħid li minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mhix f’pożizzjoni li tagħmel aktar kummenti

Fl-inċident li seħħ aktar kmieni, Ġorġjan ta’ 52 sena residenti San Pawl il-Baħar, miet ftit tal-ħin wara li ddaħħal l-Isptar. Huwa waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni fil-limiti tal-Ħandaq f’Ħal Qormi. 

Il-mewt ta’ dan il-ħaddiem, kien it-tieni każ ta’ raġel li waqa’ minn għoli f’temp ta’ ftit sigħat wara li l-Erbgħa filgħaxija ħaddiem Għawdxi ta’ 36 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ mgħola sular wara li fallakka li kien qiegħed jaħdem fuqha ċediet bih. 

Sport