L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol (OHSA) identifikat sit ta’ kostruzzjoni marbut ma’ filmat li deher fuq il-midja soċjali fosthom fuq dan is-sit dwar prattiċi ta’ xogħol perikoluż. B’reazzjoni għal dan, l-Uffiċjali tal-OHSA żaru s-sit fil-pront u ħadu azzjoni immedjata biex jindirizzaw nuqqasijiet sinifikanti fis-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, inkluż ordni ta’ waqfien mix-xogħol (stop order).
L-OHSA qed tkompli żżid in-numru ta’ spezzjonijiet li jsiru, b’eluf ta’ postijiet tax-xogħol li jiġu spezzjonati kull sena u numru ta’ ordnijiet maħruġa biex jinfurzaw il-konformità mal-liġijiet tas-saħħa u s-sigurtà. L-Awtorità tibqa’ impenjata li tissalvagwardja lill-ħaddiema billi tindirizza malajr kull rapport ta’ xogħol perikoluż.
L-OHSA tħeġġeġ lill-pubbliku biex jirrapporta kwalunkwe xogħol perikoluż billi jagħmel kuntatt mal-Helpline 138 jew jibgħat email fuq [email protected]. Huwa importanit li jingħata l-indirizz eżatt tas-sit biex tkun assigurata azzjoni mill-aktar fis min-naħa tal-OHSA.
Flimkien, nistgħu nipprevjenu l-inċidenti u nippromwovu kultura ta’ sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol ta’ Malta.