Thursday, March 12, 2026

L-OHSA u l-BCA aċċedew fuq il-post ta’ inċident li seħħ fi Sqaq San Vinċenz

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, Uffiċjali tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u Uffiċjali tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), aċċedew fuq il-post ta’ inċident li seħħ fi Sqaq San Vinċenz, f’Ħaż-Żabbar, wara rapport li parti minn saqaf ta’ proprjetà kienet ċediet.


Minn investigazzjonijiet preliminari li saru fuq il-post irriżulta li ma kien hemm l-ebda xogħol ta’ kostruzzjoni fil-viċinanzi u li x-xogħol inkwistjoni kien ta’ natura domestika, fejn persuna qasmet fuq is-saqaf tal-imsemmija proprjetà, li hija diżabitata.


Iż-żewġ Awtoritajiet jibqgħu kommessi li jassistu u jintervjenu kull fejn ikun meħtieġ, anke fil-preżenza u f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet oħra.

Fl-istess waqt, jerġgħu jtennu l-appell tagħhom dwar l-importanza tal-Helpline 138 għal kull rapport jew tħassib relatat mas-saħħa u s-sigurtà u l-kostruzzjoni, sabiex ikun possibbli li jsir intervent minnufih fejn ikun meħtieġ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport