Iċ-ċiklist Olandiż, Fabio Jakobsen (Quick-Step Alpha Vinyl) rebaħ it-tieni stadju tat-Tour de France li kien bejn l-ibliet Daniżi ta’ Roskilde u Nyborg, fuq distanza ta’ 202.5 kilometri.
Huwa kellu sfida qawwija mill-Belġjan Wout van Aert (Jumbo-Visma) li daħlu ras imb’ras biex rebaħ bi frazzjoni ta’ sekonda f’ħin ta’ 4:34: 34.
Il-Ħadd isir it-tielet stadju bejn l-ibliet ta’ Vejle u Sonderborg fuq distanza ta’ 182 kilometri.