L-Olandiża, Karolien Florijn, rebħet l-Isculls ta’ b’waħda f’ħin ta’ 7:17.28. Din kienet it-tieni midalja tagħha wara li f’Tokyo 2020, kienet rebħet il-fidda f’kompetizzjoni ta’ erba’ mqadef. Emma Twigg (7:19.14) rebħet il-fidda filwaqt li l-Litwana, Viktorija Senkute (7:20.85) rebħet il-bronż.