Saturday, December 21, 2024

L-Old Motors Club Malta se jerġa’ jtella’ l-wirja b’risq id-Dar tal-Providenza

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Nhar it-Tlieta 19 ta’ Marzu, festa pubblika li tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp, Old Motors Club Malta qed jerġa’ jorganizza l-wirja annwali tiegħu b’risq id-Dar Tal-Providenza. Din l-attività ġiet organizzata għall-ewwel darba s-sena l-oħra, fejn kienu esebiti aktar minn 100 karozza. Folla imdaqqsa żaret il-wirja tal-karozzi u nġabret is-somma sabiħa ta’ €2,200 li ġew preżentati lil Fr Martin biex minnha jibbenefikaw aktar minn 100 resident fid-Dar Tal-Providenza.

Il-wirja kienet tinkludi karozzi vintage mill-bidu tad-disgħinijiet, inkluż Ford Model T, sa karozzi tal-aħħar tad-disgħinijiet, u kollox bejniethom, inklużi supercars u vetturi kummerċjali.

Il-miri ghal din is-sena huma ferm ogħla, hekk kif se jkun hemm żona fejn dak li jkun jista’ jitrejjaq, Autojumble, u wkoll l-opportunità li tmur għal dawra fiż-żona b’karozza tal-linja antika. Dan kollu waqt l-istess wirja statika tal-karozzi.

Sidien oħra ta’ karozzi klassiċi li mhumiex membri tal-Old Motors Club Malta u jixtiequ li jipparteċipaw f’dan qed jintalbu jikkuntattjaw lill-klabb fuq [email protected].

Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku bejn id-9:30 a.m u 12.00 p.m.

Ekonomija

Sport