Wednesday, February 4, 2026

L-Oppożizzjoni ċediet wara li ħalliet pajjiż imdendel sal-aħħar minuta

Aqra wkoll

L-Oppożizzjoni ċediet u kienet kostretta tagħti raġun lill-Gvern wara li kienet ilha tkaxkar saqajha għal ġimgħat sħaħ mingħajr ma tagħti risposta fuq il-persuna nominata tal-Gvern għall-kariga ta’ Prim Imħallef.

Wieħed japprezza li l-Kap tal-Oppożizzjoni żamm lill-pajjiż sal-aħħar minuta mdendel bir-riperkussjonijiet kollha li seta’ daħħal il-pajjiż fihom f’settur tant importanti għad-demokrazija tal-pajjiż.

Li kieku webbes rasu u ma riedx li jsir vot, għada l-pajjiż ma kienx ikollu Prim Imħallef. Dak li ilu jevita, il-Kap tal-Oppożizzjoni issa se jkollu jaffaċċjah. Wieħed jittama li fl-interess nazzjonali ma jħalli lil ħadd imexxih.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport