Friday, December 13, 2024

“L-Oppożizzjoni politikament iddisprata… dejjem tara f’min se tinfexx” – il-PL

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista ddeskriva lill-Oppożizzjoni bħala politikament iddisprata, u li dejjem tara f’min se twaħħal u f’min tinfexx.

Fi stqarrija, il-PL innota kif illum kien imiss l-Awtorità tax-xandir u x-xandir nazzjonali. 

Il-Partit Laburista qal: “Li nesiet tgħid l-Oppożizzjoni llum hi li mill-ilmenti li tagħmel tispiċċa titlef jew ma ssegwix iktar milli tirbaħ. L-ironija li l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius, li għamel il-konferenza tal-aħbarijiet, jaf sew kif ikun xandir nazzjonali manipulat u maħkum.  Il-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli.”

Il-PL qal dan wara li llum il-PN ressaq rikors quddiem il-Qrati biex tinfetaħ Kawża Kostituzzjonali kontra l-Awtorità tax-Xandir, il-Public Broadcasting Services Ltd (PBS) u l-Ministru Carmelo Abela.

Il-PN qal li se jibqa’ jisħaq fuq il-bilanċ u l-imparzjalità fuq ix-xandir, b’mod partikolari fuq ix-xandir nazzjonali mħallas mill-poplu.

Ekonomija

Sport