Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern, Darren Carabott, reġa’ kien pront joħroġ jattakka lill-Korp tal-Pulizija mingħajr imqar jistenna l-fatti. Dan iddikjarah il-Partit Laburista fi stqarrija.
Il-PL qal; “Carabott mar jiġri fuq facebook wara artikli fil-midja dwar protest ġudizzjarju li sar wara arresti fi Swieqi. Carabott kien mgħaġġel jipprova jirkeb il-karru tal-politika partiġjana u jattakka lill-Korp tal-Pulizija li m’għandiex indirizzi tajbin, biex stqarrija tal-pulizija ċċarat li xogħolha kien kopert minn mandati (warrants) tal-Maġistrat u li sar bħala parti minn operazzjoni fejn tressqet persuna l-Qorti akkużata b’akkużi relatati ma’ importazzjoni u traffikar ta’ droga.
Temm jgħid li; “Filwaqt li kull proċeduri legali jridu jieħdu l-kors tagħhom, l-aħħar ħaġa li għandhom bżonn il-pulizija li jaħdmu f’ċirkostanzi diffiċli u sensittivi, hi li l-kelliem għall-intern ikun qed jistenna l-mument li jikkundannahom mingħajr biss jistenna l-fatti!”

