Friday, February 27, 2026

L-Oppożizzjoni tgħid le għat-tieni darba fir-rigward tan-nomina tal-Gvern għal Prim Imħallef

Aqra wkoll

“Bħala gvern ġejna infurmati li ma kienx hemm qbil fuq it-tieni persuna li l-Gvern b’responsabbiltà ressaq abbażi tal-kriterji li diġà kienu miftehma mal-Oppożizzjoni. Jiġifieri għal darb oħra qed naraw illi l-Oppożizzjoni qed tgħid le għat-tieni darba”.

Dan iddikjarah Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard f’kumment li ta lil midja barra ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Dan hekk kif aktar kmieni dalgħodu saret laqgħa oħra bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni. Rapporti fil-midja sostnew li n-nominata tal-Gvern kienet Miriam Hayman.

Din hija t-tieni darba li l-Oppożizzjoni ma qablitx ma’ nomina tal-Gvern għal din il-kariga, wara dik tal-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, fejn saħansitra vvutat kontra fil-Parlament mingħajr ma ngħatat raġuni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport