Tuesday, December 3, 2024

L-Oppożizzjoni tivvota kontra l-abbozz li jemenda liġijiet varji dwar id-droga

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu, b’reazzjoni għad-diskors tal-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard, il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li għax mhumiex ipokriti u “mal-PN taf fejn inti fuq is-suġġett tad-droga” se jivvotaw kontra dan l-abbozz u jittamaw li l-Gvern fi stadju tal-Kumitat jibdel drastikament dak dak li hemm propost.

“Qed nieħdu dan il-pass b’mod konsistenti b’serjetà għax aħna jinteressana bis-serjetà dak li jgħidu l-esperti hemm barra. Għax jinteressana l-interess tal-ġid komuni”, qal Cutajar.

Għalkemm il-mozzjoni għaddiet, intalbet division u din il-votazzjoni se tittieħed fis-seduta tas-16 ta’ Diċembru li ġej.

Ekonomija

Sport