Saturday, November 9, 2024

L-Oppożizzjoni trid li titkompla l-investigazzjoni dwar l-Electrogas fil-PAC

Aqra wkoll

F’laqgħa tal-Grupp Parlamentari li saret ilbieraħ filgħaxija, il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qabel u ddeċieda li fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi, il-membri tal-Oppożizzjoni se jkunu qed jipproponu li tissokta l-investigazzjoni dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali msejjaħ – Investigazzjoni fi kwistjonijiet li jirrelataw mal-kuntratti mogħtija lill-ElectroGas Malta Ltd mill-Korporazzjoni Enemalta.

Il-membri tal-grupp — Darren Carabott bħala Chairperson, David Agius u Graham Bencini — se jkunu qed jitolbu biex din l-investigazzjoni tissokta mal-ewwel opportunità.

Sport