Friday, December 13, 2024

L-organizzaturi ta’ Wimbledon immultat minħabba projbizzjoni għal tennisti Russi u Belarussi

Aqra wkoll

L-organizzaturi ta’ Wimbledon ġew immultati mill-Women’s Tennis Association (WTA) minħabba li pprojbixxew players Russi u Belarussi mill-avvenimenti tal-courts tal-ħaxix ta’ dan is- sajf.

L-All England Lawn Tennis Club (AELTC) ġie mmultat £207,000 u l-Lawn Tennis Association (LTA) £620,000 wara li waqqaf lill-atleti milli jikkompetu f’Wimbledon u f’tournaments ta’ warm-up.

Kemm l-All England Club kif ukoll LTA  appellaw mill-multi.

Il-multi se jkollhom jitħallsu kollha qabel ma jkunu jistgħu jsiru xi smiegħ.

Il-kap eżekuttiv tal-AELTC, Sally Bolton, qalet lill-ġurnalisti l-bieraħ it-Tnejn li l-organizzazzjoni hija “diżappuntata ħafna” bir-reazzjoni tat-tour.

Mistoqsija dwar il-multi, hija qalet: “Naħseb li l-ewwel ħaġa li ngħid hija li hija suġġett ta’ proċess legali u għalhekk ma nistax nikkummenta speċifikament dwar dan.”

Iżda żiedet tgħid: “Aħna nibqgħu għad-deċiżjoni li ħadna, ninsabu diżappuntati ħafna bir- reazzjonijiet tat-tours għal dik id-deċiżjoni u x’ak­tarx ma nista’ ngħid xejn aktar dwar dan bħalissa.”

Mistoqsija jekk l-AELTC kienx se jappella, hija Say Bolton qalet: “Iva, appellajna.”

Ekonomija

Sport