Saturday, December 21, 2024

L-PA tiċħad applikazzjoni ta’ binja ta’ 4 sulari biex tippreserva l-iStreetscape f’San Ġwann

Aqra wkoll

Applikazzjoni ta’ żvilupp proposta li fittxet li tissostitwixxi ‘terraced house’ tradizzjonali b’bini ta’ 4 sulari tul Triq tal-Mensija f’San Ġwann ġiet miċħuda mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA). 

Il-Kummissjoni qalet li ‘terraced house’ eżistenti hija parti integrali minn streetscape disinjat b’mod metikoluż ikkaratterizzat minn djar simili oħra ta’ żewġ sulari bi stil arkitettoniku distintiv. 

Il-Kummissjoni rrimarkat ukoll li ż-żieda proposta fl-għoli u d-disinn viżiv ma tarmonizzax mal-kuntest stabbilit u għalhekk ser tkun qed toħloq theddida għall-karatteristiċi viżivi u d-disinn urban definit sew taż-żona. Għalkemm l-iżvilupp ma jaqax fiż-Żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA) ta’ San Ġwann, il-proposta ma kinitx qed toffri l-ebda titjib fil-kwalità taż-żona. 

Fl-aħħar ġimgħat, l-Awtorità tal-Ippjanar ċaħdet applikazzjonijiet oħra ta’ żvilupp simili sabiex tissalvagwardja l-omoġenità tal-istreetscape tat-toroq eżistenti u tevita żviluppta’ ħitan vojta. Dawn l-applikazzjonijiet kienu jinsabu fi Triq Santa Margerita, Tas-Sliema, u Pjazza Patri Redent Gauci, il-Fgura. 

Ekonomija

Sport