Wednesday, April 24, 2024

l-Qorti tilqa’ t-talba għal amministratur għall-kumpaniji ta’ Keith Schembri

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Qorti, ppreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, laqgħet talba urġenti mill-avukati ta’ Keith Schembri biex jiġi appuntat amministratur tal-intrapriżi kollha ta’ Schembri, wara li saħqet li l-mandat ta’ ffriżar li kien inħareġ mill-Qorti Kriminali “kien jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu,” għaliex ma kienx fih il-kontro-bilanċi neċessarji għad-drittijiet tal-akkużat.

Fid-deliberazzjoni tiegħu, l-avukati ta’ Schembri saħqu li s-soċjetajiet kienu qegħdin jitlobu l-ħruġ ta’ miżura proviżorja, wara li fil-21 ta’ Settembru li għadda, il-Qorti kriminali kienet ħarġet ordni ta’ sekwestru u investigazzjoni fuq il-membri tal-familja, kif ukoll il-kumpaniji kollha ta’ Schembri, flimkien ma’ għadda ta’ persuni oħra, wara li ntemmet inkjesta maġisterjali li kienet qegħda tinvestiga dan il-każ.

Il-Qorti saħqet li din l-ordni pparalizzat b’mod drastika l-intrapriżi taż Schembri, “fejn tefagħhthom f’sitwazzjoni impossibbli fejn ma setgħux jagħmlu depożiti tal-bank, jew iħallsu lill-kredituri tagħhom. Dan kien ifisser li fil-ġimgħat li ġejja, anke fil-jiem li ġejjin, l-intrapriżi ma kien ser ikollhom l-ebda għażla ħlief li jagħalqu.”

Il-Qorti saħqet li, sakemm l-assi tal-akkużat kienu qegħdin jiġu “protetti u preservati” mingħajr xkiel għall-investigazzjonijiet, kien ikun fl-interess ta’ kulħadd li l-operat tal-kumpanija jibqa’ għaddej bl-inqas tfixkil impossibbli. Kien għalhekk li l-Qorti ordnat l-ħatra ta’ amministratur indipendenti tan-negozji ta’ Schembri.

L-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo kienu qegħdin jassistu lil Schembri.

Sport