Wednesday, December 25, 2024

L-RTK jikkontesta l-multa li ngħata l-Professur Azzoppardi fuq il-kummenti dwar Norman Lowell

Aqra wkoll

L-istazzjon tar-radju tal-Knisja RTK qed jikkontesta fil-Qorti l-multa li ngħata l-Professur Andrew Azzopardi, wara li fuq programm tar-radju, Azzopardi ddeskriva lil Norman Lowell, bħala persuna “ksenofobiku” u “razzista”

Dan joħroġ minn rikors quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Awtorità tax-Xandir. Ir-rikors ġie ppreżentat aktar kmieni illum mill-avukati Stefano Filletti u Maurice Meli. 

Fil-preżentata tal-Qorti, il-kumpanija qed targumenta li l-kwerelant u l-allegata vittma ma kinux l-istess persuna. L-avukati enfasizzaw li l-ilment ma kienx ġie ppreżentat minn Lowell, iżda minn Imperium Ewropa.

L-avukati qed jitolbu lill-Qorti biex tiddikjara d-deċiżjonijiet bħala nulli, peress li skonthom dawn ttieħdu b’mod abbużiv, għal raġunijiet li kienu mhux xierqa u bbażati fuq kunsiderazzjonijiet irrilevanti. 

Ekonomija

Sport