Saturday, December 21, 2024

L-SPD jiddikjara rebħa fuq il-partit ta’ Merkel

Aqra wkoll

Is-Soċjalisti Demokratiċi (SPD) rebħu bi ftit l-elezzjoni fil-Ġermanja u b’hekk dan ifisser li l-partit ta’ Angela Merkel se jkollu jwarrab mit-tmun.

L-SPD kisbu 25.7 fil-mija tal-voti, filwaqt li l-konservattivi (CDI/CSU) kisbu 24.1 fil-mija.

Il-partit tal-Ħodor kiseb l-aqwa riżultat fl-istorja tiegħu wara li kiseb 14.8 fil-mija.

Minkejja din ir-rebħa, s-Soċjalisti Demokratiċi se jkollhom jiffurmaw koalizzjoni biex ikunu jistgħu jiffurmaw il-gvern. Il-mexxej tal-SPD Olaf Scholz qal li l-partit tiegħu kellu mandat ċar biex imexxi, bir-rivali tiegħu Armin Laschet jibqa’ determinat li jiġġieled dan ir-riżultat. Scholz qal li wasal iż-żmien li tiġi ffurmata koalizzjoni bejn il-partit tiegħu, il-Ħodor u l-Liberali.

Kien previst li din l-elezzjoni tkun waħda missielta sal-aħħar u r-riżultat qatt ma kien se jkun se jaqta’ l-kundanna. Li hu żgur huwa li l-Kanċillier Angela Merkel mhijiex se tħalli postha sakemm ikun iffurmat il-gvern ta’ koalizzjoni u dan ifisser li jaf ikollha tibqa’ fil-kariga sal-Milied.

Ekonomija

Sport