Thursday, December 26, 2024

L-UE b’ħidma fuq regoli ġodda fiż-żieda ta’ batteriji riċiklati

Aqra wkoll

L-UE tinsab għaddejja b’ħidma fuq tfassil ta’ regoli ġodda sabiex iżżid il-batteriji riċiklati. Dan isegwi l-proposta maħruġa mil-Kummissjoni Ewropea.

Dawn ir-regoli ser jindirizzaw kemm il-batteriji tal-karozzi kif ukoll dawk li jintużaw f’appartat teknoloġiku.

Sal-2030 huwa stmat fit-toroq Ewropej se jkun hawn mat-30 miljun karozza jaħdmu bil-batterija.

Intant, bosta Membri Parlamentari Ewropej irrimarkaw li jridu li tiżdied kategorija oħra, dik ta’ batteriji għal trasport bħal e-bikes u e-scooters.

Ir-riċerka turi li madwar id-dinja l-użu tal-batteriji mistenni jiżdied b’14-il darba sal-2030, b’17% tagħhom se jkun fl-UE.

Lura fl-2019 kien stmat li 51% tal-batteriji ‘portable’ mibjugħa fl-UE ġew miġbura lura għar-riċiklaġġ. Il-mira hija li l-batteriji riċiklati jiżdiedu għal 63% sal-2027 u 73% sal-2030.

Dwar il-batteriji wżati fit-trasport il-mira hija li sal-2028 jiġu riċiklati 51% bil-mira li jitilgħu għal 61% sal-2031.

Il-Parlament Ewropew qed jaħdmu fuq metodu aktar faċli fejn l-batteriji jitneħħew mill-apparat li jkunu fih. Dan il-metodu mistenni li jsir wieħed obbligatorju 3 snin u nofs wara li jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti.

Ekonomija

Sport