Sunday, January 26, 2025

L-UE se tirrevedi l-ftehim mat-Tuneżija dwar il-migrazzjoni

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Ewropea qed tirrevedi b’mod fundamentali l-proċess ta’ kif tagħmel pagamenti lit-Tuneżija wara li investigazzjoni mill-ġurnal The Guardian kixfet numru kbir ta’ abbużi mill-forzi tas-sigurtà ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, inkluża vjolenza sesswali mifruxa kontra l-migranti.

L-uffiċjali tal-Kummissjoni qed ifasslu kundizzjonijiet konkreti biex jiżguraw li l-finanzjamenti Ewropej futuri lil Tuneż jistgħu jimxu ‘l quddiem biss jekk id-drittijiet tal-bniedem ma jkunux ġew miksura. Il-kundizzjonijiet il-ġodda se jaffettwaw ħlasijiet ta’ għexieren ta miljuni ta’ liri tul it-tliet snin li ġejjin.

Is-sena l-oħra, The Guardian għamlet allegazzjonijiet dettaljati li l-gwardja nazzjonali tat-Tuneżija kienet stuprat mijiet ta’ migranti, sawtet tfal u li kkollaborat ma’ traffikanti tan-nies.
Il-kritiċi qed iqisu l-bidla fil-pożizzjoni tal-Ewropa lejn it-Tuneżija bħala ammissjoni li ftehim kontroversjali bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea (UE) fl-2023 ipprijoritizza t-tnaqqis tal-migrazzjoni lejn il-blokk aktar milli fuq id-drittijiet tal-bniedem.

S’issa, l-Unjoni Ewropea ċaħdet akkużi ta’ mġiba ħażina fit-trattamenti tagħha mat-Tuneżija, u argumentat li għandha waħda mill-aktar sistemi sofistikati għall-monitoraġġ tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

Madankollu, issa qed jiġi kkonfermaw li qed jitħejjew arranġamenti ġodda għar-relazzjoni tal-UE mat-Tuneżija, meqjusa bħala stat li qed oiosir dejjem aktar awtoritarju tal-Afrika ta ‘Fuq.
Kelliem tal-Kummissjoni Ewropea qal li serje ta sottokumitati se jiġu ffurmati matul it-tliet xhur li ġejjin biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem ikunu ċentrali fit-trattamenti tagħha mat-Tuneżija minn issa sal-2027.

Emily O’Reilly, l-ombudsman tal-UE f’rapport reċenti tagħha ikkonkludiet li l-Kummissjoni ma kinitx trasparenti dwar l-informazzjoni li kellha dwar id-drittijiet tal-bniedem fit-Tuneżija.

O’Reilly fakkret li waqt inkjesta reċenti dwar allegazzjonijiet ta’ abbuż fil-ftehim tal-UE mat-Tuneżija, li kien jinkludi madwar €100 miljun biex jissaħħu l-fruntieri Ewropej, hija kienet ħeġġet l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet biex fondi tal-UE jintalbu lura f’każijiet ta’ ksur ta’ abbuż.

Għalkemm ir-rapport tal-Guardian ta’ Settembru li għadda wassal għal sejħiet mill-UE biex it-Tuneżija tinvestiga l-allegazzjonijiet, il-Kummissjoni ħadet il-kwistjonijiet f’idejha biex tiżgura li t-trattati tagħha mal-president tat-Tuneżija, Kais Saied, ma jkunux marbuta mal-abbuż.

It-Tuneżija saret dejjem aktar ripressiva minn meta Saied kiseb it-tieni mandat f’Ottubru li għadda, li wassal għal ripressjoni fuq attivisti li qed jagħmlu kampanji għad-drittijiet tal-migranti, kif ukoll fuq partijiet mill-midja.

Apparti t-Tuneżija, diġà tqajjem ukoll tħassib dwar valutazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem dwar ftehimiet tal-UE mal-Eġittu u l-Mawritanja, u dwar pjanijiet biex jiġu pprovduti aktar finanzjament lil pajjiżi oħrajn bħall-Marokk.

O’Reilly, li se ttemm il-kariga tagħha x-xahar id-dieħel, qalet li n-normalizzazzjoni apparenti tal-esternalizzazzjoni tal-migrazzjoni lejn pajjiżi mhux tal-UE m’għandhiex toskura l-fatt li l-obbligi tad-drittijiet fundamentali tal-istituzzjonijiet tal-UE jibqgħu l-istess.

Sostniet ukoll li dawn l-obbligi m’għandhomx jiġu sagrifikati għal spedjenza jew biex jissodisfaw tħassib ġeopolitiku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport