Saturday, November 23, 2024

L-UE se tneħħi l-kontrolli interni mal-fruntiera sal-aħħar tax-xahar

Aqra wkoll

L-Unjoni Ewropea wiegħdet li tneħħi r-restrizzjonijiet attwali mal-fruntieri bejn l-istati membri tagħha sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. Dan filwaqt li mistennija testendi l-projbizzjoni għal vjaġġaturi minn barra l-blokk sal-1 ta’ Lulju li ġej.

L-estensjoni tal-projbizzjoni fuq vjaġġar mhux essenzjali lil persuni barranin fiz-zona ta’ vjaġġar ħieles bejn il-fruntieri tal-UE kienet approvata mill-Ministeri għall-Affarijiet Barranin illum f’konferenza diġitali.

Il-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, li kellha tiġi fi tmiemha sal-15 ta’ Ġunju, tapplika għall-pajjiżi kollha li mhumiex membri tal-UE, filwaqt li teżenta lil ċittadini minn pajjiżi assoċjati mal-UE bħall-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera. Vjaġġaturi Brittaniċi wkoll huma eżentati madankolluqed jiffaċċjaw il-ħtieġa ta’ kwarantina għa; ġimagħtejn minn ċerti gvernijiet Ewropej.

Bil-għan li jagħtu spinta lill-pjani ta’ vaganzi ta’ miljuni ta’ Ewropej, il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej mistennijin li jtemmu l-kontrolli interni mal-fruntiera sal-15 ta’ Ġunju.

Ylva Johansson, il-Kummissaru għall-Affarijiet Interni tal-UE, talab lill-istati membri kollha tal-UE biex ineħħu l-kontrolli interni mal-fruntieri sa nofs Ġunju, madankollu uffiċjali Ewropej qalu li xi restrizzjonijiet jistgħu jibqgħu fis-seħħ sa nofs Lulju.

Sport