Sunday, December 22, 2024

L-UE tapprova riforma kbira tar-regoli dwar l-immigrazzjoni

Aqra wkoll

Wara snin ta’ negozjati, il-Parlament Ewropew approva riforma kbira tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni u l-ażil.

Il-Patt tal-UE dwar l-Ażil u l-Immigrazzjoni kien ilu jsir xogħol fuqu sa mill-2015 u mistenni jidħol fis-seħħ fi żmien sentejn.

Dan il-patt huwa mfassal biex iħaffef il-proċess tal-ażil u jagħti spinta lir-ritorn ta’ immigranti irregolari lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom. Fl-istess waqt se jkun jeħtieġ ukoll li l-istati membri tal-UE jaqsmu r-responsabbiltà għal dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil.

Is-sena li għaddiet, madwar 380,000 persuna qasmu illegalment il-fruntieri tal-UE – l-ogħla ammont mill-2016.

L-UE qalet li l-patt kien qed jgħaqqad “is-solidarjetà obbligatorja” bejn l-istati membri mal-flessibilità. Għalkemm xi stati tal-UE għadhom qed jopponu partijiet mill-ftehim, huwa mistenni li jirċievi approvazzjoni sħiħa fl-aħħar t’April taħt votazzjoni tal-maġġoranza.

Skont ir-regoli proposti, is-27 pajjiż tal-UE se jkunu meħtieġa jew jieħdu eluf ta’ migranti minn pajjiżi l-aktar affettwati jew inkella jipprovdu finanzjament jew aktar riżorsi.

Ekonomija

Sport