Tuesday, May 27, 2025

L-UE tħeġġeġ lill-IAEA biex tħares l-impjanti nukleari Ukreni li spiċċaw f’idejn ir-Russi

Aqra wkoll

L-Unjoni Ewropea talbet lill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika biex tħares l-impjanti nukleari ġewwa l-Ukrajna, hekk kif tnejn minn dawn l-impjani spiċċaw taħt il-kontroll tal-Russja filwaqt li ħeġġet lill-IAEA biex timmobilizza għajnuna internazzjonali f’każ li tqum xi emerġenza. 

Fil-jiem li għaddew, il-forzi Russi ħadu l-kontroll tal-impjant nukleari Ukren ta’ Zaporizhzhia, kif ukoll il-faċilitajiet ta’ Chernobyl. Chernobyl huwa l-post fejn kien seħħ l-agħar diżastru nukleari, liema inċident kien seħħ fl-1986.

L-ittra li l-Unjoni Ewropea bagħtat lid-direttur tal-IAEA Rafael Grossi ntqal li r-Russja għandha immedjatament twaqqaf l-azzjonijiet vjolenti fil-konfront tar-Russja u l-ewwel u qabel kollox din għandha tirritorna l-faċilitajiet nukleari lill-Ukrajna.

L-awtoritajiet Ukreni qalu li l-forzi Russi kienu ħadu l-kontroll tal-impjant nukleari ta’ Zaporizhzhia nhar il-Ġimgħa li għaddiet u biswitha waqqfu żona fejn isir taħriġ tal-isparar. Min-naħa tagħha, ir-Russja qalet li l-instabbiltà li kien hemm madwar l-impjant nukleari sar minn sabaturi Ukreni.

Sport