Saturday, October 26, 2024

L-UE tilħaq ftehim ma’ Moderna biex tixtri 160 miljun doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19

Aqra wkoll

L-Unjoni Ewropea laħqet ftehim mal-kumpanija Amerikana tal-farmaċewtika Moderna għal provvista tal-vaċċin kandidat minnha. Dan qalitu l-Kummissjoni Ewropea llum.

Il-ġimgħa li għaddiet Moderna qalet li l-vaċċin sperimentali tagħha għandu rata ta’ effettività ta’ 94.5% fil-prevenzjoni għall-Covid-19. Dan ħareġ minn informazzjoni minn testijiet kliniċi li saru.

“Ninsab kuntenta li għada se nkunu qed napprovaw kuntratt ġdid biex nassiguraw vaċċin ieħor kontra l-Covid-19,” qalet Ursula von der Leyen. Hija żiedet tgħid li l-ftehim se jippermetti lill-Unjoni Ewropea tixtri sa 160 miljun doża tal-vaċċin prodott minn Moderna.”

F’Awwissu li għadda l-Kummissjoni Ewropea kienet qalet li f’taħditiet preliminari ma’ Moderna kien intlaħaq ftehim inizjali bil-għan li jiġi konkluż kuntratt għall-provvista ta’ 80 miljun doża tal-vaċċin, b’għażla li jinxtraw 80 miljun doża oħra.

Dan huwa s-sitt ftehim imħabbar mill-Unjoni Ewropea ma’ kumpaniji tal-farmaċewtika li qed jimmanifatturaw vaċċini kontra l-Covid-19.

Sport